Kamra Avukati Ghawdex

Directions

Kamra Avukati Ghawdex Contact information, map and directions, contact form, opening hours, services, ratings, photos, videos and announcements from Kamra Avukati Ghawdex, Legal Service, Victoria.

18/06/2026

Avukati Għawdex jiddikjaraw illi filwaqt li jagħtu l-appoġġ sħiħ tagħhom lill-Kamra tal-Avukati (Malta) u li jaderixxu bis-sħiħ u mingħajr riżerva mad-Direttiva Uffiċjali maħruġa minnha fis-17 ta’ Ġunju 2026, li permezz tagħha ġiet ordnata astensjoni mill-għoti ta’ servizzi legali quddiem il-Qorti ta’ Malta nhar it-Tnejn 22 ta’ Ġunju 2026 fid-dawl tal-protest ġudizzjarju ppreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2026 dwar is-sorveljanza u r-reġistrazzjoni ta’ konversazzjonijiet privileġġjati bejn l-avukat u l-klijent fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Għaldaqstant, l-Avukati ta’ Għawdex jidderieġu lill-avukati kollha li jipprattikaw f’Għawdex illi d-Direttiva tal-Kamra tal-Avukati (Malta) għandha testendi wkoll għall-Qorti ta’ Għawdex u għas-seduti kollha previsti nhar it-Tnejn 22 ta’ Ġunju 2026 quddiem kull Qorti, Tribunal u Bord, Arbitragg jew Accessi Peritali fil-gżira ta’ Għawdex.
L-istess eżenzjonijiet għall-każijiet urġenti previsti fid-Direttiva tal-Kamra tal-Avukati bħal arranġamenti kriminali urġenti, talbiet għall-ħelsien mill-arrest (bail), rikorsi ta’ Habeas Corpus, u atti li jiskadu f’dik il-ġurnata, jibqgħu japplikaw.

Avukati Għawdex
17 ta’ Ġunju 2026

Address

Victoria
VCT

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Kamra Avukati Ghawdex posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share

Category