Conrad Borg Manché

Call Directions Contact the practice

Conrad Borg Manché - Member of the Maltese Parliament representing the 5th and 10th district.
- Shadow Minister for Home Affairs and Security
- Lawyer by Profession

IFFULLAR FIL-ĦABS IFFULLAR LI-MHUX HA JISPARIXXI!! IL-FILMATI U l-IPPUPPAR MA JSOLVUX PROBLEMI.Il-Ministru, staqsa x’għa...
10/10/2026

IFFULLAR FIL-ĦABS
IFFULLAR LI-MHUX HA JISPARIXXI!!

IL-FILMATI U l-IPPUPPAR MA JSOLVUX PROBLEMI.

Il-Ministru, staqsa x’għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni fl-ewwel 100 jum tiegħu.

X'100 jum Ministru ejja nitkellmu fuq 4,963 jum mill-elezzjoni tad-9 ta’ Marzu 2013 sa lllum 10 ta’ Ottubru 2026.

Ritratti u filmati ta’ żewġ deportazzjonijiet ma jwieġbux għall-mistoqsijiet dwar kif wasalna f’din is-sitwazzjoni gravi.

Hawn żewġ kwistjonijiet distinti li jridu jiġu indirizzati.

1. IL-FALLIMENT FL-IPPJANAR U L-IFFULLAR TAL-ĦABS TA’ KORDIN

Kif għedt meta kont mistieden miegħek fil-programm ta' seħibna, it-tkabbir tal-ekonomija u tal-popolazzjoni jrid ikun akkumpanjat b'investiment li jirrifletti l-istess tkabbir f'l-infrastruttura u servizzi li jifilħu għalih.

Il-popolazzjoni ta’ Malta u Għawdex żdiedet minn 428,156 fi tmiem l-2013 għal 588,254 fi tmiem l-2025skond iċ-ċifri tal-NSO.

Jiġifieri żieda ta 160,098 persuna 37.4%.

Il-priġunieri f'Malta kienu 577 fl-1 ta’ Settembru 2013. Illum il-Ministru qalilna illi il- popolazzjoni ta’ Kordin hija madwar 800 differenza ta’ madwar 223 priġunier zieda ta' 38.6%.

Il-Ministru kien gentili bizzejjed biex jfakkarna li l-ħabs inbena madwar 200 sena ilu appuntu u għaddew tlettax maghhom u baqa kollox kif kien.

Fil-11 ta’ Ottubru 2021, fil-Baġit għall-2022 F'l-ewwel diskors tiegħu tal-baġit il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana qalilna:

“Ser jibda jinbena l-ewwel ċentru rijabilitattiv tax-xorta tiegħu fil-konfini tal-faċilità għal madwar 140 persuna.”

FEJNU? Tfarfira jonqsu.

Ir-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa ippubblikat fl-2025 semma tmiem l-2026 bħala ż-żmien mistenni biex iċ-ċentru jibda jopera.

Rapport iehor jirraporta SPACE I 2025 jirrapporta illi il-habs tagħna jiflaħ għal 584 prigunier. Jekk din il-kapaċità baqgħet l-istess, b'madwar 800 priġunier ifissru madwar 137 priġunier għal kull 100 post. Il-medja sempliċi għas-26 pajjiż tal-UE hija ta' 97.7. għal-kull 100 post.

Sfortunatament in-nies ma japprezzawx il-fatt li gejna f’estremita illi jkollna nehilsu lin-nies għax ma joqgħodux. Jghidu ara kemm hu tajjeb il-ministru.

Dan m'huwa xejn hlief management by crisis tistenna sakemm il-pressjoni ssir kriżi, imbagħad tibda titfi n-nirien.
2. IR-RILAXX BIKRI: SETGĦA LEGALI, KRITERJI ĊARI U ĠUSTIZZJA

Il-Ministru qal li ċerti priġunieri barranin se jinħelsu qabel tmiem is-sentenza u jintbagħtu lura pajjizhom. Semma l-esklużjoni ta’ reati serji bħall-qtil u t-traffikar kbir tad-droga, kif ukoll il-kondotta u ż-żmien li jkun fadal mis-sentenza. Dawn huma indikazzjonijiet, iżda l-pubbliku jeħtieġ politika ċara u ppubblikata.

L-Att dwar l-Immigrazzjoni, Kapitolu 217, jiddistingwi bejn setgħat differenti:

•Artikolu 14(1): jagħti lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni s-setgħa li joħroġ deċiżjoni ta’ ritorn fil-każijiet previsti.

•Il-proviso tal-artikolu 14(2): jippermetti lill-Ministru jagħti direzzjonijiet dwar jekk is-sentenza għandhiex tiġi skontata kollha jew parzjalment qabel it-tneħħija, fiċ-ċirkostanzi stipulati.

•Artikolu 22(1): jagħti lill-Ministru setgħa li joħroġ ordni ta’ deportazzjoni jekk iqisha għall-ġid pubbliku.

Din id-diskrezzjoni titlob kontabilità. Il-Ministru għandu jispjega liema dispożizzjonijiet intużaw u kif ittieħdu d-deċiżjonijiet.

Liema reati huma esklużi eżattament? X’inhu l-limitu taż-żmien li jista’ jibqa’ mis-sentenza? Min jagħmel l-evalwazzjoni tar-riskju? Min jirrakkomanda kull każ? Kif tiġi infurzata l-projbizzjoni tar-ritorn?

U hemm il-kwistjoni tal-multi. Il-Ministru semma priġunieri barranin li jibqgħu l-ħabs għax ma jistgħux iħallsu multa allura tiġi konvertita f’ħabs. X’jiġri minn Malti fl-istess qagħda finanzjarja? Liema alternattivi għandu? X’jiġri mill-multa tal-persuna deportata tibqa’ dovuta u kif tinġabar?

Id-deportazzjoni toħloq ċirkostanzi legali differenti, u differenza fit-trattament tista toħloq diskriminazzjoni illegali. Iżda l-Gvern għandu jispjega kif jiżgura trattament ġust u għaliex ċittadin Malti bla mezzi finanzjarji ma jitħalliex mingħajr soluzzjoni xierqa.

3 L-VITTMI?

L-artikolu 6(2) u (3) tal-Att dwar il-Vittmi tal-Kriminalità, Kapitolu 539, jipprovdi opportunità għall-vittmi li jiġu avżati mingħajr dewmien bla bżonn bir-rilaxx jew ħarba tal-persuna kkonċernata u bil-miżuri rilevanti ta’ protezzjoni.

Il-vittmi ġew offruti din l-opportunità? Saru l-evalwazzjonijiet tar-riskju? Kif qed jiġu protetti d-drittijiet tagħhom, inkluż kwalunkwe kumpens dovut?

Dawn huma deċiżjonijiet dwar sentenzi tal-Qorti, sigurtà u ġustizzja. Il-pubbliku għandu dritt għal tweġibiet ċari mhux ritratti tiegħek Ministru.

Mhux kulħadd jimpressjona ruħu bil-filmati, it-teatrin u l-ipuppar.

Meta taqbad tfittex issib ħafna paroli u kliem sabiħ tagħsar u ma ssib xejn.

Lili timpressjonani l-imħabba lejn il-pajjiz, ix-xogħol, ippjanar serju, proġetti mwettqa fil-ħin u b’value for money.

09/10/2026
🇲🇹 Wara l-vaganzi tas-sajfSkola u Parlament — lura għall-ħidma biex nirrappreżentakom f’l-għola istituzzjoni tal-pajjiz.
05/10/2026

🇲🇹 Wara l-vaganzi tas-sajf
Skola u Parlament — lura għall-ħidma biex nirrappreżentakom f’l-għola istituzzjoni tal-pajjiz.

04/10/2026

Minn fuq pultruna u wara screen għandna l-ħin kollu biex niġġudikaw. Pulizija f’nofs sitwazzjoni diffiċli jista’ jkollu biss ftit sekondi biex jiddeċiedi x ħa jagħmel u l-arja ta' ċerti nies li qed naraw illum hija differenti għalhekk jeħtieġ li tiġi analiżżata biex il-pulizija tagħna jkunu armati għaliha kemm fizikament u anki psikoloġikament.

Dawk il-ftit sekondi jġibu magħhom responsabbiltà kbira: il-ħarsien taċ-ċittadini, is-sigurtà tal-uffiċjal u r-rispett lejn il-liġi.

Anke aħna l-politiċi ġieli nsibu ruħna quddiem mistoqsijiet jew f’sitwazzjonijiet fejn kliemna jinqata’ mill-kuntest jew jintuża biex tinbena narrattiva qarrieqa dwarna. Imma dak suġġett li nħalluh għal darb’oħra.

Minn ħafna kummenti li qrajt wara d-dibattitu tal-Ġimgħa, jidher li għandna bżonn nitkellmu aktar dwar meta l-pulizija tista’ tuża l-forza, x’limiti għandha tosserva u x’taħriġ jeħtieġu l-uffiċjali biex jieħdu d-deċiżjonijiet it-tajba taħt pressjoni.

Għalhekk, qabel naslu għal konklużjonijiet, tajjeb li nibdew minn dak li tipprovdi il-liġi.

L-Artikolu 355AB tal-Kodiċi Kriminali, Kapitolu 9, jipprojbixxi l-ħruxija, l-irbit jew mezzi oħra ta’ trażżin waqt arrest, ħlief meta jkunu indispensabbli biex il-persuna tinżamm fiż-żgur, jew meħtieġa minħabba l-insubordinazzjoni tagħha. Kodiċi Kriminali, Artikolu 355AB

L-Att dwar il-Pulizija, Kapitolu 164, jistabbilixxi wkoll dawn il-prinċipji:

Artikolu 75: Il-forza għandha tkun moderata, proporzjonata u meħtieġa għall-infurzar tal-liġi.

Artikolu 76: Il-forza hija l-aħħar rimedju, meta jkun evidenti li rimedji oħra ma jkunux effettivi, u għandha tintuża biss sakemm tkun strettament meħtieġa.

Artikolu 77: Ir-raġonevolezza tal-forza tiġi evalwata skont iċ-ċirkostanzi li kienu jeżistu fil-mument meta ntużat.

Artikolu 79: Użu tal-forza għal raġunijiet li mhumiex permessi mil-liġi u miċ-ċirkostanzi tal-każ jikkostitwixxi reat kontra d-dixxiplina, mingħajr preġudizzju għal responsabbiltà kriminali jew ċivili taħt liġijiet oħra. Att dwar il-Pulizija, Artikoli 75–79

Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li r-reżistenza għal arrest leġittimu tista’ tiġġustifika l-użu tal-forza meħtieġa biex jitwettaq l-arrest. Il-grad u t-tul tal-forza għandhom jibqgħu ġustifikati miċ-ċirkostanzi. Meta l-forza ma tibqax meħtieġa, għandha tieqaf.

Il-pulizija għandhom jitħallew jagħmlu xogħolhom u jingħataw l-appoġġ biex jinfurzaw il-liġi. Fejn ikun meħtieġ u ġustifikat skont il-liġi, iva, għandha tintuża l-forza.

Ma nistgħux naslu f’sitwazzjoni fejn uffiċjali jibżgħu jaqdu dmirhom anke meta jkunu qed jaġixxu legalment u b’mod proporzjonat. Lanqas għandna noħolqu klima li taqta’ qalb dawk li jixtiequ jingħaqdu mal-Korp u jagħtu servizz lill-pajjiż. Min jagħżel din il-karriera għandu jsib taħriġ serju, tmexxija soda u appoġġ meta jwettaq dmiru kif suppost.

Irridu napprezzaw ukoll li uffiċjal jieħu d-deċiżjoni tiegħu waqt li s-sitwazzjoni tkun għadha qed tiżviluppa. Ma jkollux il-kumdità tagħna li nerġgħu naraw filmat, nieqfu naħsbu u niddiskutu x’seta’ sar aħjar. Dan il-kuntest għandu jingħata l-piż li jistħoqqlu meta nevalwaw l-aġir tiegħu.

Proprju għaliex il-pulizija jridu jieħdu deċiżjonijiet diffiċli taħt pressjoni, it-taħriġ għandu jkun prijorità ewlenija.

Hemm bżonn taħriġ fiżiku b’saħħtu u kontinwu, kif ukoll taħriġ fid-difiża personali, fit-trażżin u fit-twettiq ta’ arresti. L-uffiċjali għandhom ikunu mħejjija biex jipproteġu lilhom infushom u lil ħaddieħor, jikkontrollaw persuna li tirreżisti u jagħrfu kemm tkun meħtieġa forza f’kull mument.

Daqstant ieħor hemm bżonn tħejjija psikoloġika u appoġġ għall-uffiċjali nfushom, biex jimmaniġġjaw l-istress u l-pressjoni tax-xogħol. Għandhom ukoll jingħataw taħriġ biex jifhmu aħjar is-sitwazzjonijiet li ċ-ċittadini jressqu quddiemhom u jkunu jafu kif jikkomunikaw magħhom.

Persuna li titlob l-għajnuna tista’ tkun imbeżżgħa, irrabjata, konfuża jew għaddejja minn diffikultà kbira. Il-pulizija għandhom ikunu mħejjija biex jisimgħuha, ikellmuha b’mod xieraq, jagħrfu l-vulnerabbiltà tagħha u, fejn possibbli, inaqqsu t-tensjoni. Il-mod kif uffiċjal javviċina u jkellem persuna għandu jingħata importanza fit-taħriġ tiegħu.

Jekk ikun meħtieġ, għandna nġibu uffiċjali u ħarrieġa speċjalizzati minn korpi tal-pulizija barranin biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom u jħarrġu lill-pulizija tagħna, dejjem skont il-liġi Maltija.

Dejjem hemm lok għal titjib. Dawn il-ħiliet għandhom ikunu parti mill-bażi professjonali ta’ kull pulizija u jkomplu jissaħħu tul il-karriera kollha. Il-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol huma importanti u jistħoqqilhom attenzjoni serja. It-taħriġ jistħoqqlu prijorità saħansitra akbar, għax iħejji lill-uffiċjal għad-deċiżjonijiet u r-responsabbiltajiet li jiffaċċja fil-prattika.

Nemmen li kull każ għandu jiġi diskuss b’serjetà u abbażi tal-provi. Għandna nqisu r-reżistenza li setgħu ltaqgħu magħha l-uffiċjali, il-periklu li seta’ kien hemm u l-mod kif aġixxew. Kull allegazzjoni ta’ abbuż jistħoqqilha investigazzjoni serja u imparzjali.

Nixtieq insellem lil dawk il-pulizija li jagħmlu xogħolhom b’onestà, kuraġġ u sens ta’ ġustizzja. Lil dawk li jaffaċċjaw sitwazzjonijiet diffiċli, iżommu l-kalma u japplikaw il-liġi b’mod ġust, anke taħt pressjoni.

Insellem lil dawk li ma jabbużawx mis-setgħat tagħhom, li jirrispettaw id-dinjità ta’ kull persuna u li jagħrfu r-responsabbiltà marbuta mal-uniformi li jilbsu u mad-deċiżjonijiet li jieħdu. Il-professjonalità tagħkom issaħħaħ il-fiduċja bejn il-pulizija u l-pubbliku.

Grazzi lil kull uffiċjal li jaqdi dmiru b’integrità, jipproteġi lin-nies u jaħdem favur il-ġustizzja. Xogħolkom jistħoqqlu rispett u appoġġ, flimkien mal-kontabbiltà li għandha takkumpanja kull setgħa pubblika.

Kien l-ewwel konfront bejn il-Ministru u jien, u għażilt li jkun programm kordjali, b’diskussjoni ċivili u rispett reċip...
03/10/2026

Kien l-ewwel konfront bejn il-Ministru u jien, u għażilt li jkun programm kordjali, b’diskussjoni ċivili u rispett reċiproku. Ma ppreparajtx għalih biex nimla l-ħin kollu bil-kritika, għalkemm fil-qasam tagħna u f'dak li rajna f'l-aħħar xuhur hemm baħar sħiħ x tikkritika u ta’ diffikultajiet li jeħtieġ li jiġu indirizzati.

U iva, ma niddejjaqx ngħid li l-Ministru qed jagħmel xogħolu tajjeb. Kif għedt fil-programm, għall-ġid tal-pajjiż lest li naħdem miegħu biex dak li hemm bżonn jitjieb, jitjieb. Meta jsir xogħol tajjeb, għandi nagħraf dan, u fejn hemm diffikultajiet għandna naħdmu biex insibu soluzzjonijiet. Fl-aħħar mill-aħħar, aħna lkoll aħwa Maltin, u nemmen li lkoll irridu l-aħjar għal Malta.

Imma li tal-ONE jieħdu dak li ngħid, jgħawġuh u jippreżentawh bħala xi “ammissjoni jew fatt”, hekk le.

Ħa nkun ċar: ili fil-Parlament tliet xhur biss u jekk tiehu il-ferjat ftit gimghat biss.

Meta għedt “iva”, kont qed nirreferi għall-Omnibus Bill, mhux ghal dak li seta kiteb Dr Jason Azzopardi fil-passat li lanqas ghandi idea x kien ghamel u ressaq. Dik hija distinzjoni ċara li tal-ONE għażlu li jinjoraw.

L-Omnibus Bill li naf bih jien huwa dak li ħadem fuqu is-Shadow Minister tal-Ġustizzja Joe Giglio. Jekk kien hemm xi abbozz ieħor qablu li ħadem fuqu ħaddieħor, jien ma nafx bih. Allura kif jista’ jkun li “ammettejt” xi ħaġa li lanqas kont naf biha?

Il-fatt li għażilt li nipparteċipa fi programm bi spirtu kordjali u li nirrikonoxxi x-xogħol tajjeb tal-Ministru ma jagħti lil ħadd il-jedd li jpoġġili kliem f’ħalqi jew jagħwweg dak li nghid.

Ma nixtieqx ikolli nirrikorri għal-libelli.

Għalhekk qed nitlob lil tal-ONE jirtiraw minnufih dak li kitbu dwar din.

Nistenna li l-istess rispett li wrejt fid-diskussjoni jintwera wkoll fil-mod kif jiġi rrappurtat kliemi.

Issa, jekk tridu tkomplu b’din il-kampanja ta’ inkejja, ma jimpurtax: nimxu mod ieħor fid-dibattitu pubbliku. Għandi ħafna xi ngħid, u nassigura lil kulħadd li m’iniex se noqgħod lura milli ngħidu. Jekk dan se jkun il-mod kif tridu tmexxu d-diskussjoni, issibuni lest li nwieġeb ċar, fil-beraħ u bla tlaqliq. M’għandi problema ta’ xejn.

30/09/2026

Min jipproteġina għandu jkun protett.

Nikkundanna bla riżervi dak li ġara illum fejn tlett uffiċjali tal-Pulizija gew attakkati fil-Belt Valletta waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Nesprimi s-solidarjetà sħiħa tiegħi magħhom, mal-familji tagħhom u mal-membri kollha tal-Korp.

Il-vjolenza u t-theddid kontra l-pulizija huma inaċċettabbli. Ma nistgħux naċċettaw li min jintervjeni biex jipproteġi lill-pubbliku jispiċċa hu stess fil-mira tal-aggressjoni.

L-uniformi tirrappreżenta servizz lejn il-poplu u jistħoqqilha rispett.

Bħala l-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intern, ninsisti li s-solidarjetà trid tissarraf f’azzjoni konkreta. Il-Gvern u t-tmexxija tal-Korp għandhom jiżguraw li l-pulizija jkollhom it-taħriġ għal eventwalitajiet bħal dawn, it-tagħmir, ir-riżorsi u l-appoġġ meħtieġa biex jaqdu dmirijiethom b’sigurtà u b’dinjità.

Wara kull uniformi hemm persuna u familja li tistennieha lura d-dar qawwija u sħiħa.

🇲🇹 L-INDIPENDENZA LI NEĦTIEĠU LLUMMissirijietna ġġieldu biex jeħilsu lil Malta mill-ħakma barranija. Illum imiss lilna n...
21/09/2026

🇲🇹 L-INDIPENDENZA LI NEĦTIEĠU LLUM

Missirijietna ġġieldu biex jeħilsu lil Malta mill-ħakma barranija. Illum imiss lilna neħilsuha minn forma oħra ta’ ħakma l-abbuż tal-poter minn nies fostna stess.

Ma teżistix indipendenza fejn l-Istat jitqies bħala proprjetà privata, fejn il-liġi tkun iebsa maċ-ċittadin komuni iżda titgħawweġ quddiem min hu mlaħħaq, u fejn il-poter jintuża għall-vantaġġ tiegħu u min għandu madwaru.

F’dan il-jum, kull Malti u Maltija għandu jagħmel eżami tal-kuxjenza “lest insejjaħ lit-tajjeb tajjeb u lill-ħażin ħażin, anke meta l-ħażin jagħmlu “wieħed minn tagħna”?

Għax meta l-partit jiġi qabel il-kuxjenza, l-interess personali u qabel il-pajjiż, inkunu aħna stess li ċedejna l-ħelsien tagħna.

Malta mhijiex ta’ min jiggverna. Malta hija tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Viva Malta li ma tinżel għarkupptejha quddiem ħadd la barrani u lanqas min minna jabbuża mill-poter.

Nawgura Jum l-Indipendenza t-tajjeb lil Maltin u l-Għawdxin kollha.

20/09/2026

Discussjoni shiha tiegħi mal-Prof Andrew Azzopardi fuq Campus FM. Grazzi bħal-dejjem ta l-istedina.

Niddiskutu suġġetti varji fosthom l-istragi fil-qorti tal-familja u il-vjaġġ politiku tiegħi

Address

386, Rue D'Argens
Gzira
GRZ1361

Telephone

+35699953478

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Conrad Borg Manché posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Practice

Send a message to Conrad Borg Manché:

Shortcuts

Sponsored

Share