07/10/2026
✍️ Iffirmajna l-kuntratt. Spiċċa kollox?...Mhux għan-Nutar. 😊
Wara li l-partijiet jitilqu mill-uffiċċju, għan-Nutar ikun għad fadal ħafna xogħol minn wara l-kwinti. Skont il-każ, ikun hemm fost oħrajn:
• reġistrazzjoni tal-kuntratt mal-awtoritajiet kompetenti;
• ħlas ta' taxxa u boll;
• reġistrazzjoni ta’ ipoteki u privileġġi meta jkun hemm self;
• formalitajiet mal-bank;
• kopji uffiċjali u dokumentazzjoni oħra;
• verifika li kollox ikun ġie ppreżentat u rreġistrat kif suppost.
⏰ U ħafna minn dan ix-xogħol irid isir f’termini stabbiliti mil-liġi,nkella jistgħu jiġu imposti penalitajiet fuq in-Nutar.
Għalhekk, il-publikazzjoni tal-kuntratt hija biss parti mill-proċess. Ix-xogħol jibda ħafna qabel u jkompli anke wara li l-klijenti jkunu ffirmaw u telqu.
Call now to connect with business.