Jason Azzopardi

Call Website Contact the practice

Jason Azzopardi Avukat

16/10/2026

Nistghu lkoll, bid-differenzi u sfumaturi kollha taghna, bid-difetti u nuqqasijiet kollha taghna, ninghaqdu f’ghajta wahda

GWERRA QALILA U QADDISA KONTRA d-DROGA

Malta hija miksija droga u l-effetti qed narawhom fit-triq, fil-Qorti, fl-isptarijiet.

Dan ghandu jghid il-Budget

‘Il bqija ma jfisser xejn

Bl-istess riga tal-Labour qabel l-2013 ha nsaqsi lill-Ministru Bonnett:Min ha jerfa’ r-responsabilità politika ta’ korru...
15/10/2026

Bl-istess riga tal-Labour qabel l-2013 ha nsaqsi lill-Ministru Bonnett:

Min ha jerfa’ r-responsabilità politika ta’ korruzzjoni li sehhet “ON YOUR WATCH”?

Tiftakruhom iwerzqu qabel l-2013 kulmeta qattusa tkun ghamlet p**i mal-hajt biex il-Ministru jirrizenja ghax impjegat ikun tressaq fuq korruzzjoni on his watch?

Allura issa r-riga mhux l-istess?

12/10/2026

MALTA GĦANDHA BŻONN LIĠI DWAR ORDNI GĦALL-ISKOPERTA TA’ ĠID MHUX SPJEGAT — U GĦANDHA BŻONNHA B’URĠENZA.

Id-dibattitu dwar il-leġiżlazzjoni proposta kontra l-Mafja huwa importanti. Malta teħtieġ liġijiet aktar b’saħħithom biex tiġġieled il-kriminalità organizzata, l-assoċjazzjonijiet kriminali u lil dawk li jagħmlu l-qligħ minn dawn l-attivitajiet.

Iżda hemm għodda legali oħra, li wieħed jista’ jgħid li hija fost l-aktar kruċjali minn kollha, u li hemm ir-riskju li tiġi injorata.

Liġi li tintroduċi l-Ordnijiet għall-Ispjegazzjoni tal-Ġid Mhux Spjegat (Unexplained Wealth Orders — UWO).

Il-proċeduri kriminali marbuta mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia tefgħu f’dawl qawwi mistoqsija li Malta ma tistax tibqa’ tinjora:

Kif jista’ jkun li persuni bi dħul leġittimu uffiċjalment iddikjarat ftit li xejn, jew xejn, ikunu jistgħu jaffordjaw stil ta’ ħajja li jinvolvi nefqa ta’ mijiet ta’ eluf ta’ ewro fil-casinos, karozzi lussużi u assi oħra ta’ valur għoli? U minn fejn ikunu ġejjin dawn il-flus?

Meta l-provi jindikaw diskrepanza kbira bejn il-mezzi finanzjarji leġittimi li persuna tidher li għandha u n-nefqa tagħha, l-awtoritajiet jeħtieġu għodod legali effettivi biex jinvestigaw din id-diskrepanza u, fejn il-liġi tippermetti, jirkupraw ġid li għalih ma tistax tingħata spjegazzjoni leġittima.

Huwa proprju għalhekk li Malta teħtieġ b’urġenza sistema legali mfassla sew għall-Ordnijiet għall-Ispjegazzjoni tal-Ġid Mhux Spjegat.

UWO ma jissostitwixxix investigazzjoni kriminali.

Ma jfissirx awtomatikament li persuna tkun ħatja, u għandu jopera taħt sorveljanza ġudizzjarja xierqa u b’salvagwardji adegwati.

Iżda jista’ jipprovdi lill-awtoritajiet b’għodda addizzjonali u b’saħħitha biex jindirizzaw ġid suspettuż, minflok ma jiffukaw esklussivament fuq il-prova ta’ tranżazzjonijiet kriminali individwali wara li l-flus ikunu diġà ntefqu, ġew moħbija jew ġew trasferiti.

Għax il-kriminalità organizzata mhijiex biss kwistjoni ta’ min iwettaq ir-reat.

Hija wkoll kwistjoni tal-flus li dawn jaqilgħu, tal-assi li jakkwistaw, tan-negozji li permezz tagħhom jistgħu jaħbu l-qligħ mill-kriminalità, u tal-istil ta’ ħajja li dan il-qligħ jiffinanzja.

Jekk verament irridu niġġieldu l-kriminalità organizzata, irridu nimxu wara l-flus — u nkunu nistgħu nieħdu azzjoni meta l-ġid ta’ persuna ma jkunx jista’ jiġi rrikonċiljat b’mod kredibbli mad-dħul leġittimu tagħha.

Huwa għalhekk li, fl-Omnibus Bill li kont ipproponejt, kont inkludejt proposta leġiżlattiva speċifika għall-introduzzjoni tal-Ordnijiet għall-Ispjegazzjoni tal-Ġid Mhux Spjegat li kont ispirat ghaliha mill-ligi Ingliza. Kont domt xhur nistudjaha.

Il-proposta kienet tipprevedi ordnijiet taħt is-superviżjoni tal-qorti li jobbligaw lil persuni jagħtu spjegazzjoni dwar is-sjieda u l-akkwist ta’ assi sostanzjali meta jiġu sodisfatti kundizzjonijiet legali definiti, flimkien ma’ mekkaniżmi biex, fejn ikun meħtieġ, jiġi evitat li dawn l-assi jitneħħew, jiġu trasferiti jew jinħlew b’mod li jxekkel l-irkupru tagħhom.

Il-liġi kontra l-organizzazzjonijiet mafjuzi u liġi dwar l-UWO mhumiex alternattivi li jeskludu lil xulxin.

Malta teħtieġ it-tnejn.

Iżda ejjew inkunu ċari: l-organizzazzjonijiet kriminali ma jistgħux jiġu żmantellati b’mod effettiv jekk dawk li jkunu warajhom jibqgħu jgawdu l-frott tal-attivitajiet tagħhom, filwaqt li l-awtoritajiet isibuha diffiċli biex jistabbilixxu minn fejn ġie l-ġid tagħhom.

Tista’ tarresta lill-kriminal. Tista’ tressqu l-qorti u tħarrku. Iżda jekk ma tkunx tista’ tittraċċa u tirkupra b’mod effettiv il-qligħ mill-kriminalità, tkun qed tħalli intatt wieħed mill-inċentivi ewlenin li jixprunaw il-kriminalità organizzata.

Għalhekk nappella lill-Gvern, lill-Oppożizzjoni u lil kull Membru Parlamentari li verament irid isaħħaħ l-istat tad-dritt:

tħallux id-dibattitu dwar il-leġiżlazzjoni kontra l-organizzazzjonijiet mafjuzi jgħatti l-ħtieġa urġenti li jiddaħħlu l-Ordnijiet għall-Ispjegazzjoni tal-Ġid Mhux Spjegat.

Din mhijiex kwistjoni ta’ kisbiet politiċi jew ta’ punti kontra l-avversarji. Hija kwistjoni li Malta tingħata l-għodod legali li teħtieġ biex tikkonfronta l-kriminalità organizzata, il-ħasil tal-flus u l-korruzzjoni li tippermetti lil dawn il-fenomeni jkomplu jiffjorixxu.

Il-mistoqsija hija sempliċi:

Jekk il-ġid ta’ persuna ma jkunx jista’ jiġi rrikonċiljat mad-dħul leġittimu magħruf tagħha, u jkunu jeżistu l-kundizzjonijiet legali meħtieġa biex tinħareġ ordni, l-Istat għandux ikollu mekkaniżmu effettiv, taħt is-superviżjoni tal-qorti, biex jitlob spjegazzjoni u jieħu azzjoni abbażi tal-provi?

It-tweġiba tiegħi hija IVA, mingħajr ebda riżerva.

Malta trid tieqaf tittratta l-ġid mhux spjegat bħala kwistjoni sekondarja.

IMXU WARA L-FLUS. Dan kien il-metodu Falcone

NEĦĦU L-PROFITTI MILL-KRIMINALITÀ. U AGĦTU LILL-AWTORITAJIET L-GĦODOD LI JEĦTIEĠU BIEX JIĠĠIELDU L-KRIMINALITÀ ORGANIZZATA.

Iż-żmien biex tiddaħħal liġi serja dwar l-UWO huwa ISSA.

11/10/2026

Nikteb b’ghafsa ta’ qalb u ftit rabja wkoll dwar il-mandra ta’ etika fil-Gustizzja.

Ninghaqad ma’ dak li qal l-Avukat Arthur Azzopardi fuq l-oxxenita ta’ imgieba tad-Direttur tal-Habs.

Huwa skandaluz is-skiet ta’ min suppost jirregola l-etika u ma jlissinx kelma dwar il-fatt li ufficjal pubbliku AMMETTA li ikkomunika ma’
Magistrat dwar kaz pendenti b’Whatsapp.

Ghax il-Magistrat hija serja u tal-affari taghha u ta’ integrita’, ma wegbitux. Li kien ghalih imma….

Mela ghandna Prim Ministru li jikkomunika ma’
Magistrat b’Whatsapp.

Ghandna Prim Ministru li jibghat ghal Imhallef u jkelmu f’Kastilja qisu xejn mhu xejn

U issa d-Direttur tal-Habs jipprova jinfluwenza Magistrat b’Whatsapp!!!

Iktar:

Skiet itarrax fuq meta avukat fl-Ufficju tal-Avukat Generali fl-2020 mar il-habs ikellem akkuzat biex 5 xhur wara dahal ufficjalment bhala l-avukat tieghu (kien ilu l-avukat tieghu bil-mohbi waqt li kien mal-AG). U qisu xejn mhu xejn.

Skiet itarrax fuq meta avukat difensur mar ikellem xhud tal-Prosekuzzjoni kontra l-klijent tieghu biex “ighinu ‘l xulxin”.

U qisu xejn mhu xejn

Gibtu l-Gustizzja aghar minn MANDRA

PS:- miniex nirreferi ghall-Ministru Clifton
Grima li hu ragel fuq l-irgiel

Wasalna sal-punt li l-Pulizija tad-Distrett spiċċaw jiddependu mill-karità biex jingħataw it-taħriġ li suppost jingħatal...
01/10/2026

Wasalna sal-punt li l-Pulizija tad-Distrett spiċċaw jiddependu mill-karità biex jingħataw it-taħriġ li suppost jingħatalhom mill-Istat.

Sid ta’ gym tat-Thai boxing qed joffri, minn jeddu u b’xejn, taħriġ lill-membri tal-Korp wara x-xeni xokkanti li rajna fil-Belt.

Il-ġest tiegħu huwa wieħed ta’ min ifaħħru.

Imma l-fatt li hemm bżonn tiegħu huwa kundanna fih innifsu.

Mhux il-Pulizija li għandhom jiġu umiljati. Huma dawk li jibagħtuhom fit-triq biex jaffaċċjaw persuni aggressivi u vjolenti mingħajr ma jiżgurawlhom taħriġ kontinwu, professjonali u adegwat fil-kontroll u r-restrizzjoni fiżika ta’ persuni vjolenti.

Il-Pulizija tad-Distrett mhumiex second-class police officers. Huma ta’ kuljum wiċċ imb wiċċ mal-pubbliku, mal-ġlied, mal-vjolenza u ma’ sitwazzjonijiet li jistgħu jinbidlu f’sekondi.

U għalhekk il-mistoqsija tibqa’ waħda sempliċi: x’tip ta’ taħriġ regolari fil-crowd control, restraint u officer safety qed jingħataw illum lill-Pulizija tad-Distrett? Kemm-il darba? U min qed jiċċertifika li huma preparati għal sitwazzjonijiet bħal dawn?

Għax Stat serju ma jistenniex lil sid ta’ gym ta’ qalb tajba biex jagħmel tajjeb għal dak li suppost ilu jagħmel hu.

Il-ġest privat huwa nobbli.

Il-bżonn li l-Pulizija jiddependu fuqu huwa tal-mistħija.

Wara dak li ktibt ftit hin ilu dwar dak li sofrew il-Pulizija llum u kif l-Istat mhux jipprovdilhom appogg u tahrig, irc...
30/09/2026

Wara dak li ktibt ftit hin ilu dwar dak li sofrew il-Pulizija llum u kif l-Istat mhux jipprovdilhom appogg u tahrig, ircevejt dawn it-3 messaggi minn 3 membri tal-Korp.

No comment

Din ix-xena għandha tinkwetana lkoll.Li tara membri tal-Korp tal-Pulizija — rappreżentanti tal-awtorità tal-Istat — jisp...
30/09/2026

Din ix-xena għandha tinkwetana lkoll.

Li tara membri tal-Korp tal-Pulizija — rappreżentanti tal-awtorità tal-Istat — jispiċċaw taħt attakk waqt li qed jagħmlu xogħolhom hija xena kerha, umiljanti u inaċċettabbli.

Solidarjetà sħiħa mal-uffiċjali li sfaw midruba.

Imma proprju minħabba fihom hemm mistoqsija li għandha tingħata tweġiba, u malajr:

X’tip ta’ taħriġ qed jingħataw il-pulizija tagħna biex jikkontrollaw persuni aggressivi u sitwazzjonijiet vjolenti?

Qed jingħataw taħriġ regolari u modern fil-crowd control, restraint u de-escalation? Għandhom it-tagħmir meħtieġ? Qed jintbagħtu biżżejjed uffiċjali fuq sitwazzjonijiet li jistgħu faċilment jisplodu fi vjolenza?

Għax dan mhuwiex każ li nwaħħlu fl-uffiċjali li sabu ruħhom f’din is-sitwazzjoni.

Huwa każ li nistaqsu jekk l-Istat hux qed jagħtihom dak kollu li għandhom bżonn biex ma jsibux ruħhom fiha.

Pulizija li jintbagħat fit-triq għandu jkun imħarreġ, mgħammar u sostnut biex ikun jista’ jinforza l-liġi b’mod sigur, proporzjonat u effettiv.

Għax meta quddiem aggressjoni fit-triq tidher tirtira l-Pulizija, tkun qed tidher tirtira l-liġi.

U meta tirtira l-liġi, jimxi ’l quddiem min lest juża l-vjolenza.

Dak ma nistgħux naċċettawh.

Solidarjetà sħiħa mal-uffiċjali midruba u mal-membri kollha tal-Korp li ta’ kuljum ipoġġu s-sigurtà tagħhom f’riskju biex iħarsu tagħna.

The altercation was reported on St Mark Street corner with St Patrick

26/09/2026

Malta teħtieġ li ddaħħal fil-Kodiċi Kriminali reat speċifiku ta’ ABBUŻ MILL-KARIGA PUBBLIKA.

Din mhijiex idea li ġietni llum.

Snin ilu kont għamilt riċerka fit-tul dwar dan is-suġġett, u kont ressaqt proprju din il-proposta fis-sottomissjonijiet li għamilt f’isem il-familja Caruana Galizia lill-Inkjesta Pubblika.

Il-problema hija waħda sempliċi biex tifhimha.

Il-poter pubbliku ma jappartjenix lill-politiku jew lill-uffiċjal li jeżerċitah. Huwa poter fdat lilu biex jużah għall-ġid pubbliku.

Għalhekk għandu jkun hemm konsegwenza kriminali meta persuna f’kariga pubblika, intenzjonalment, tabbuża mis-setgħat tal-kariga tagħha sabiex tikseb vantaġġ inġust għaliha jew għal ħaddieħor, jew sabiex tikkawża dannu inġust lil ħaddieħor.

Fir-riċerka tiegħi kont ħarist lejn mudelli barranin.

Fi Franza, l-Artikolu 314-1 tal-Kodiċi Penali jirregola r-reat ta’ abus de confiance: l-użu jew it-tidwir, bi preġudizzju għal ħaddieħor, ta’ flus, valuri jew beni li jkunu ġew fdati lil persuna għal skop determinat. U l-Artikolu 314-3 jaggrava sostanzjalment il-piena meta dan l-abbuż jitwettaq minn ċerti uffiċjali pubbliċi fl-eżerċizzju jew fl-okkażjoni tal-funzjonijiet tagħhom.

Fl-Italja, l-Artikolu 323 tal-Kodiċi Penali, kif kien fis-seħħ meta għamilt din ir-riċerka, kien jipprovdi speċifikament għar-reat ta’ abuso d’ufficio. Kien jolqot lill-uffiċjal pubbliku li, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu u bi ksur tar-regoli speċifiċi tal-liġi jew tal-obbligu li jastjeni f’każ ta’ kunflitt ta’ interess, intenzjonalment jikseb għalih jew għal ħaddieħor vantaġġ patrimonjali inġust, jew jikkawża lil ħaddieħor dannu inġust.

Dan l-Artikolu 323 ġie sussegwentement abrogat mil-leġiżlatur Taljan fl-2024 fost kontroversja politika kbira.

Iżda l-prinċipju li kont qed nistudja jibqa’ wieħed essenzjali: il-kariga pubblika hija fiduċja, mhux proprjetà personali.

L-amministrazzjoni pubblika trid taqdi liċ-ċittadin b’imparzjalità. U proprju għalhekk mhux biżżejjed li l-liġi tikkastiga biss it-tixħim jew il-korruzzjoni fis-sens klassiku tagħhom.

Għandu jkun hemm reat ċar, preċiż u definit sew li jolqot l-abbuż intenzjonat tal-poter pubbliku nnifsu.

Importanti wkoll li l-liġi tkun abbozzata b’mod preċiż ħafna. Trid tkun abbozzata bi precizjoni kirurgika.

Ma għandhiex tikkriminalizza deċiżjoni amministrattiva sempliċement għax kienet żbaljata, u lanqas għandha ddaħħal lill-Qorti Kriminali f’kull eżerċizzju ta’ diskrezzjoni amministrattiva. Ir-reat għandu jkollu elementi ċari u rigorużi.

Imma fejn il-poter li tana ċ-ċittadin jintuża intenzjonalment kontra l-iskop li għalih ingħata, biex xi ħadd jiffavorixxi lilu nnifsu jew lil ħaddieħor inġustament, jew jagħmel ħsara inġusta lil terzi, il-liġi kriminali ma għandhiex tibqa’ siekta.

Għax l-abbuż tal-poter pubbliku ma jagħmilx ħsara biss lill-vittma immedjata.

Jagħmel ħsara lill-fiduċja taċ-ċittadin fl-Istat innifsu.

20/09/2026

Snin ilu, f'isem l-Oppozizzjoni, kont ipproponejt fil-Parlament:-

Att li jistabbilixxi Uffiċċju ta’ Maġistrat Inkwiranti Speċjali kontra l-Korruzzjoni.

Kont ipproponejt li l-President ta’ Malta għandu jassenja lil wieħed mill-Maġistrati tal-Qrati Inferjuri, dmirijiet bħala Maġistrat Inkwirenti Speċjali kontra l-Korruzzjoni.

Kwalunkwe persuna tista’ bil-ġurament tagħmel rapport lil Maġistrat Inkwirenti Speċjali fir-rigward ta’ kwalunkwe prattika korrotta li allegatament twettqet minn uffiċjal pubbliku.

B’dan pero li Maġistrat Inkwirenti Speċjali jista’ jibda investigazzjonijiet fuq inizjattiva tiegħu stess UKOLL.

Minn jeddu.

Illum nahseb hu car iktar kemm hemm bzonn Magistrat li jkollu s-setgha jibda jinvestiga minn jeddu fejn hemm rapporti ta' korruzzjoni

Ovvjament dan kien il-principju u wiehed jista' jiddibatti d-dettalji, no problem.

Ejja naqblu li dak li sirtu tafu bih illum jaghmel iktar impellenti u krucjali li jkolna tali Ligi gdida

19/09/2026

Nistiednek tara l-ahhar 5 minuti ta' dan li ghidt ilbierah.

Tkellimt issa ghall-ewwel darba, 6 snin wara li sirt naf, li digriet ta' Magistrat tal-Ghassa MHUX IFFIRMAT (imma stampat) fuq talba ghal Inkjesta fuq 17 Black mitluba minn Simon Busuttil u David Casa, kien diga f'idejn terzi 4 sighat qabel ma konna infurmati li kien lest. Fid-29 ta' Jannar 2019.

U qabel (QABEL) ma l-Magistrat kien iffirmah.

Fejn hi l-Kamra tal-Avukati li f’Gunju ordnat strike fuq GIDBA u tibqa' siekta fuq din?

Huwa sew, huwa accetabili li xi hadd minn gol-private chambers ta' Magistrat jillikja digriet li kien lanqas biss iffirmat mill-Magistrat li kien kitbu?

Din ukoll hija korruzzjoni tal-Gustizzja.

Eccellenza, President ta' Malta, int il-President tal-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja.

Dan zgur mhux accetabili ghalik. Zgur.

Nitolbok: ordna Inkjesta. Jien lest nixhed taht gurament jekk hemm bzonn.

Miniex lest inhalli 'l haddiehor jikkorrompi l-Gustizzja u jibqa' ghaddej

Address

7, Cospicua Road
Paola

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Jason Azzopardi posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Practice

Send a message to Jason Azzopardi:

Shortcuts

Share